Tifel ta’ 7 snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar bir-rota fil-marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17.30 fi Triq it-Telgħa tal-Ġiżwieti meta tifel li kien qed isuq ir-rota daħal f’vettura tat-tip Vauxhall Corsa misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Ħamrun.
It-tifel ittieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.