Tifel Taljan ta’ sitt snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għereq ġewwa residenza fis-Swieqi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei mmexxi mit-tabib tal-emerġenza u ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mir-Red Cross li jinsabu stazzjonati viċin fejn seħħ l-inċident.
Huma taw l-ewwel għajnuna lit-tifel fejn minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li bdew jagħtu s-CPR sakemm aktar tard ttieħed l-isptar.
Il-Maġistrat Dr Philip Farrugia Galea ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.