Tifel ta’ 4 snin sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, intlaqat minn vettura fi Triq l-Isqof Scicluna, Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa ntlaqat minn vann Isuzu KB misjuq minn raġel ta’ 65 sena residenti Ħal Qormi stess.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku assista lit-tifel u minnufih ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.