Ġuvni ta’ 16-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li s-Sibt tard filgħaxija waqa’ madwar żewġ sulari f’sit tal-kostruzzjoni.
Fil-fatt, irriżulta li Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ball, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ġuvni ta’ 16-il sena daħal f’sit taħt kostruzzjoni u waqa’ madwar żewġ sulari.
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lill-ġuvni u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.