It-tifel ta’ erbatax-il sena li ttella’ l-Qorti mixli b’attentat ta’ serq u sewqan taħt l-età, instab ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata ordni ta’ probation u ordni ta’ trattament.
Il-Maġistrat Victor Axiak wissa lit-tifel biex jattendi l-laqgħat kollha mal-uffiċjal tal-probation u l-professjonist mediku għat-tliet snin li ġejjin.
Il-Qorti ordnat li t-tifel jgħix man-nannu tiegħu u għamlitha ċara li jekk ma jobdiex il-kundizzjonijiet mogħtija lilu, jirriskja li jerġa’ jsib ruħu quddiem il-Qorti bil-possibilità ta’ sentenza ta’ ħabs effettiva.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/08/22/tifel-ta-14-il-sena-jinzamm-arrestat-u-tfajla-ta-16-il-sena-tinheles-mill-arrest-fuq-akkuzi-ta-serq-u-sewqan-taht-l-eta/