Derek Rosa, ta’ 13-il sena minn Florida, fl-Istati Uniti, qed jiġi mixli li qatel lil ommu quddiem oħtu, li għadha tarbija tat-twelid.
Huwa qed jiġi mixli li qatilha permezz ta’ arma taqta’ u bil-ponta, waqt li hija kienet rieqda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kien it-tifel stess, li ċempel lill-Pulizija wara li qatel l-ommu, nhar it-12 t’Ottubru.
Hija nstabet mejta fil-kamra tas-sodda, fejn il-cot tat-tarbija, li għandha ġimagħtejn.
Huwa qal li oħtu kienet rieqda, u mistoqsi jekk għamlilhiex xi ħaġa, huwa qal li ma riedx iweġġa’ l-oħtu.
Ritratt: Sky News