Tifel ta’ tlettax-il sena li jgħix iż-Żejtun weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident ma’ karozza, waqt li kien qed isuq ir-rota.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi Triq Santu Wistin iż-Żejtun.
It-tifel, waqt li kien qed isuq ir-rota, ħabat f’karozza tal-għamla Peugeot 3008 misjuqa minn raġel ta’ erbgħa u tletin sena li jgħix il-Mosta.
It-tifel minnufih ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktr tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.