Tifel ta’ 13-il sena ndarab serjament wara li ttajjar minn karozza f’Santa Luċija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu fi Triq Katerina Vitale, ħdejn il-Ġnien taċ-Ċiniżi.
Fuq il-post immedjatament issejjaħ tim mediku b’ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Fgura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.