Tifel ta’ 12-il sena kien l-unika wieħed li baqa’ ħaj wara li ajruplan iġġarraf fl-Indoneżja, bi tmien persuni jitilfu ħajjithom.
Hu nstab qalb it-tifrik f’ġenb ta’ muntanja qrib il-fruntiera ta’ Papua New Guinea l-Ħadd filgħodu.
L-ajruplan tilef kuntatt minn mal-kontroll tat-traffiku tal-ajru is-Sibt waranofsinhar, ftit qabel kien mistenni jinżel fl-ajruport ta’ Oksibil.
Abbord kien hemm disa’ persuni, fosthom l-ekwipaġġ.