Tifel Ġermaniż-Iraqqin ta’ tnax–il sena pprova jisplodi suq tal-Milied fil-belt Ġermaniża Ludwigshafen.
Ix-xahar li għadda kien diġà ħalla basket mimli splussivi li ma splodewx, u ftit tal-jiem wara ħalla tagħmir bi splussiv viċin is-sede tal-kunsill tal-belt – jew kif inhu magħruf aħjar mat-turisti, it-town hall.
B’xorti tajba, xi ħadd mill-pubbliku nduna u ġibed l-attenzjoni tal-Pulizija u ħadd ma weġġa’.
It-tifel, li qed jinżamm arrestat, huwa maħsub li għandu rabtiet mal-hekk imsejħa Militanti tal-Istat Iżlamiku.