Tifel ta’ 12-il sena minn New York City allegatament ipponta arma tan-nar lejn studenta li kienet fl-istess klassi tiegħu u ordnalha tagħtih chicken nuggets kmieni din il-ġimgħa, dan skond uffiċjali tad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ New York.
Qed jingħad li dan kien it-tieni attentat li t-tifel ipprova jakkwista mingħand din it-tifla. It-tifel ra lit-tifla tixtri c-chicken nuggets mingħand il-McDonalds u meta rrifjutat it-tifel beda jsegwiha.
Ġara li f’punt minnhom waqqafha u ppunta arma tan-nar lejn rasha u ordnalha li tagħtih chicken nugget.
It-tifla neħħietlu l-arma tan-nar minn ma rasha u qaltlu biex ma jdejjaqiex. Minn hemm telgħet fuq il-ferrovija.
It-tifel ġie arrestat mill-Pulizija wara li t-tifla rrappurtatu lill-uffiċjali tal-iskola.