Tifel ta’ għaxar snin ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi wara li ndarab meta kien f’vettura li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ bejn tliet vetturi, waħda minnhom kienet ipparkjata, għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu fi triq l-Iskola fis-Siġġiewi.
Il-vettura tat-tip Fiat Bravo misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti s-Siġġiewi u li fiha kien hemm it-tifel, għal xi raġuni kellha impatt ma’ vettura tat-tip Peugeut 306 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti fl-istess lokalità, ġara li bl-impatt waħda mill-vetturi ħabtet ukoll f’vettura tat-tip Opel Corsa li kienet ipparkjata.
Jidher li t-tifel ma ġarrab l-ebda ġrieħi serji u kien għalekk li ttieħed b’ambulanza ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi biex jirċievi l-kura meħtieġa.