Tifel ta’ 10 snin, indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza tal-għamla Hyundai Getz, waqt li kien qed isuq ir-rota.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30 ta’ waranofsinhar, fi Triq il-Flora, Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lit-tifel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.