Tifel ta’ għaxar snin imut wara li ntlaqat minn tiri sparati fil-battalja bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Bosta kiruġiċi huma ppreparati biex joperaw fuq tfal vittmi tal-gwerra, f’teatri li ġew mibnija apposta biex fihom jiddewew iċ-ċkejknin. Fil-fatt, parti minn sptar għat-tfal fil-kapitali tbiddel għall-emerġenza għal dawn il-każijiet.
Mindu bdiet l-invażjoni, f’dan l-isptar tressqu tlett itfal, lkoll bi ġrieħi kkawżati minn armi tan-nar.
It-tfajjel miet waqt li kien fi triqtu lejn l-isptar b’ambulanza li wkoll kienet fil-mira ta’ attakki.
Iż-żewġt itfal l-oħra kienu tifel ta’ 14-il sena u tifla. It-tnejn salvaw.
Minkejja li s’issa in-numru ta’ vittmi ċkejkna huwa rilattivament żgħir, l-isptar fil-kapitali qed jipprepara għal sitwazzjoni ferm agħar, diment li ma jintlaħaqx ftehim biex jitwaqqaf il-ġlied.