Raġel u mara spiċċaw arrestati wara li ħbew tifel ta’ 10 snin fit-trolley sabiex jipprovaw jaqsmu l-fruntiera bejn il-Marokk u Spanja. It-tfajjel kien mgħotti sew b’basktijiet tax-xiri mimlija frott u ħaxix qabel nstab mill-pulizija tal-lokal. Huwa nstab waqt li kienu jinsabu fil-fruntiera ta’ Beni-Enzar waqt li kien qed jaqsam lejn il-belt ta’ Melilla li tinsab fil-kosta lejn in-naħa tal-Majjistral tal-Afrika.
Huwa mifhum li omm it-tifel kienet tgħix f’xelter temporanju għall-migranti u ħallsitlu sabiex jkun jista’ jmur l-Ewropa.
Il-koppja ġiet arrestata u t-tfajjel reġa’ ngħaqad lura m’ommu.