Tifel Malti t’għaxar snin ġie salvat minn ħalq il-mewt wara li waqa’ f’bir fi Sqallija.
L-inċident seħħ fit-tmienja u nofs tal-Ħadd filgħaxija f’Punta Braccetto viċin Ragusa.
Rapporti fil-midja Taljana qalu li t-tifel kien qed jilgħab f’għalqa filwaqt li missieru, allegatament kien qed jixrob fi stabbiliment viċin. Huwa waqa’ għoli ta’ madwar sitt metri u hu mifhum li l-bir ma kienx mgħotti.
Tfal oħra semgħu l-għajjat tat-tifel u missieru, mgħejjun minn sid l-istabbiliment li kien fih, niżel għat-tifel u tellgħu fejn sar magħruf li ma sofriex minn ġrieħi gravi.
It-tifel li kien fuq btala ma’ ommu missieru qed jinżamm għall-osservazzjoni fi sptar fi Sqallija.