Tifel ta’ sitt snin weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar żewġ sulari minn fuq bejt għal ġol-parapett f’residenza fis-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq il-Madliena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.