Tifel ittieħed bl-ambulanza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Farruġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:15 fiż-żona ta’ Ħal Farruġ bejn żewġ vetturi, fejn f’waħda minnhom kien passiġġier it-tifel.Fuq il-post issejħet ambulanza hekk kif it-tifel beda jilmenta dwar xi wġiegħ li beda jħoss.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.