Tifel ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident f’San Ġwann.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-19:15 fiż-żona industrijali ta’ San Ġwann meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Toyota Delta u oħra Renault Clio.
F’waħda mill-vetturi kien hemm tifel passiġġier li ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.