Tifel idaħħal l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ kaorzzi fi triq il-Ħafur f’ Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-5:00pm meta seħħ impatt bejn żewġ karozzi tat-tip Toyota Corolla u Land Rover Discovery.
It-tifel li kien passiġier fil-karozza Toyota Corolla ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, madankollu l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.