Dalgħodu għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq ix-Xatt, tas-Sliema. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li tifel ta’ 7 snin kien qiegħed jaqsam meta baqa’ dieħel f’vettura li kienet qegħda tinstaq fit-triq imsemmija. It-tifel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Għaldaqstant it-tifel ġie meħud immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.