Għall-ħabta tas-12.50 seħħ inċident fi Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi fejn minn informazzjoni li kiseb One.com.mt tifel qasam it-triq bil-konsegwenza li ttajjar minn vettura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lit-tifel li ttieħed l-isptar Mater Dei.
It-tifel sofra minn ġrieħi ħfief.