Tifel ta’ tmien snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ tliet sulari bil-konsegwenza li ġie fuq karozza li kienet ipparkjata.
Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi Triq il-Villeġġjatura, San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari, irriżulta li tifel ta’ 8 snin, li kien f’gallarija fir-residenza fejn jgħix, waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari u ġie fuq karozza li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia ġiet infurmata u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.