Tifel ta’ 13-il sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu fi Triq Ta’ Torba, Ħ’Attard.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, fejn irriżulta li t-tifel intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 43 sena li jgħix Wied il-Għajn.
It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.