Tifel sofra minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq tal-Imġarr, fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:55pm ta’ wara nofsinhar fejn irriżulta li seħħ impatt bejn karozza tal-għamla Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 71 sena mill-Mellieħa u Volkswagen Golf misjuqa minn raġel ta’ 71 mill-Mellieħa wkoll.
Fit-Toyota Vitz, kien hemm tifel ta’ 10 snin filwaqt li fil-Volkswagen Golf, kien hemm raġel ta’ 38 sena mill-Greċja, mara ta’ 38 sena, tifla ta’ 4 snin u tifel ta’ sena, kollha mill-Kanada.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara ta’ 71 sena u tifel ta’ 10 snin l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Aktar tard, it-tifel ta’ 10 snin ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.
L-irġiel ta’ 71 sena u 38 sena, ukoll ġew iċċertifikati li qed issofru minn ġrieħi ħfiefIl-mara ta’ 38 sena u żewġt itfal ma sofrew l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.