Tifel ta’ 10 snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nqabad bejn żewġ inġenji f’għalqa fl-inħawi tal-Għasri, f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12:30pm u fuq il-post marru l-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku.
Immedjatament, it-tifel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Aktar tard, il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter.
Dwar dan il-każ ġiet informata l-Maġistrat Bridgette Sultana u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, għadhom għaddejjin.