Morgan Mikenas, blogger barranija li sabiex tippromwovi s-sbuħija naturali, iddeċidiet li tieqaf tqaxxar is-suf għal sena fejn tul dawn ix-xhur hi tkellmet dwar din l-esperjenza.
F’kumment fuq Youtub,e Mikenas qalet li “mhux qed nipprova nisforza lil nisa oħra jagħmlu bħali iżda nixtieq nispira lil ħaddieħor biex jagħmel dak li tixtieq qalbu u mhux jieħu deċiżjoni għax iħossu sfurzat mis-soċjetà.”
Hi sostniet li “nixtieq li kulħadd iħossu sabiħ, hu kif inhu u mhux kif inhu sfurzat ikun. Għamilt żmien meta kont iżgħar niġi bbuljata minħabba s-suf li kelli, iżda issa tgħallimt li min iħobbok vera, iħobbok kif int.”
Forsi din mix deċiżjoni li se jieħu kulħadd, u kienu bosta li għalkemm ma qablux mad-deċiżjoni tagħha u qalu li qatt ma jaslu jagħmlu bħala, offrew l-appoġġ tagħhom u ferħula għall-kuraġġ li kellha biex iddeċidiet timxi ma’ dak li ħasset li hu ġust f’qalbha.