Mara li ndarbet meta 27 sena ilu ċeda s-suffett tas-Save On Supermarket ħadet €10,000 f’kumpens ta’ danni morali mill-Qorti.
Liliana Farrugia li damet aktar minn għoxrin sena tiela’ u nieżla l-Qorti rċeviet kumpens għad-dewmien esaġerat sabiex jiġi maqtugħ il-każ tagħha kontra s-sidien tal-ħanut.
Fit-traġedja li seħħet f’Raħal Ġdid, mara kienet sofriet minn diżabilità permanenti u tilfet lil bintha.
L-Imħallef sostna li l-każ ta’ Farrugia ma kellux jieħu daqshekk fit-tul u innota li dan għadda f’idejn disa’ mħallfin.
Kien għalhekk li ordna kumpens għaliex il-mara inkwistjoni inkisrulha d-drittijiet fundamentali tagħha.