Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat mingħand il-kumpanija nvoluta u iktar tard permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li jista’ jkun fih biċċiet żgħar ta’ faqqiegħ ta’ speċi differenti minn dak iddikjarat fuq it-tikketta, liema speċi mhijiex identifikata.
Isem tal-prodott: Funghi Porcini Secchi Speciali
Ditta: Baresa
Użin: 30g
Numru tal-lott u Data tad-Durabbilita`: AS. 30.03.19
Peress li l-kumpanija involuta rrapurtat li l-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, dan id-direttorat qiegħed joħroġ dan l-avviż.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat emailfuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook: https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.