Il-Burger King għal ġurnata waħda biss waqqfu milli jbiegħu l-famuża burger tagħhom magħrufa bħala Whopper u appellat lill-pubbliku sabiex imur jixtri mingħand il-kompetitur ewlieni tagħhom, il-Mc Donalds.
Il-Kumpanija għamlet dan bil-għan li n-nies imorru jixtru l-burger simili minn għand il-Mc Donalds magħrufa bħala Big Mac, dan għaliex din il-kumpanija nediet kampanja li tagħti donazzjoni lill-għaqdiet li jgħinu lit-tfal morda bil-kanċer ma’ kull Big Mac li tinxtara.