L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarġet Avviż Pubbliku li bih indentifikat u għarrfet lill-pubbliku li negozjant ma onorax id-deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi.
In-negozjant bl-isem ta’ Vincent Agius ta’ Agius Photo Studio, ma onorax id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal- Konsumaturi.
Il-konsumatriċi kienet ordnat pakkett li jinkludi ritratti, album, ritratti ta’ qabel u ta’ wara t-tieġ, żewġ albums żgħar u d-DVD tat-tieġ. Għalkemm ġew konsenjati d-DVD u xi affarijiet oħra, r-ritratti qatt ma ġew konensjati għax ma kinux lesti.
Il-bejjiegħ ġie ordnat iħallas is-somma ta’ €1,300 .