Mara ta’ tnejn u ħamsin sena li tmien snin ilu sofriet minn diżabiltà wara li kienet f’karozza tal-linja li ħabtet f’Bieb il-Bombi, rebħet madwar tmintax-il elf ewro f’danni.
Hija kienet waħda minn sitta u għoxrin persuna li fl-elfejn u tnax kienu abbord karozza tal-linja tal-kumpanija Arriva li tilfet il-kontroll u kkawżat kaos taħt Bieb il-Bombi.
Mal-impatt, il-mara taret minn fuq is-seat tal-karozza tal-linja u ntilfet minn sensiha.
Fil-Qorti ħareġ kif Transport Malta kienet responsabbli għall-iżbalji tax-xufier, u għalhekk din ġiet imħarrka.
Il-Qorti ordnat li s-somma lill-vittma tingħata mill-kumpanija Mapfre Middlesea li hija l-kumpanija tal-assigurazzjoni tat-Transport Malta.