Wara l-kampanja elettorali Miriam Dalli ħadet deċiżjoni li meta jkun possibli tibda żżur lill-anzjani u r-residenti ta’ San Vincenz de Paule. Dalli saħqet li huwa sabih li nagħtu flus bħala donazzjoni pero huwa ġest sabiħ ukoll li niddedikaw ftit mill-ħin tagħna sabiex inżuru persuni li forsi m’għad baqalhom lil ħadd f’ħajjithom.
“Tirrealizza kemm hu sabiħ li tagħti ftit minn ħinek meta wieħed mill-anzjani tant emozzjona ruħu li żornih li beda jirrakkuntali l-istorja tiegħu u kif ftit tas-snin ilu tilef lil martu u issa spiċċa waħdu”, sostniet Dalli.
Miriam Dalli rringrazzjat lill-istaff kollu ta’ San Vinċenz għad-dedikazzjoni u l-imħabba li biha jagħmlu xogħolhom filwaqt li ħeġġet lill-pubbliku nġenerali biex meta nistgħu, niddedikaw parti mill-ħin tagħna biex inżuru lil anzjani li wħud minnhom jispiċċaw waħedhom wara ħajja mimlija.