Il-ġimgħa l-oħra laqatni diskors u appell li għamlet id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono fuq ix-xogħol u ż-żgħażagħ waqt li kienet qed titkellem fil-konfort tal-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista.
Mela Debono bdiet titkellem fuq l-importanza li dawk li llum huma mfarfra, li għandhom dawk it-13 –il sena u qisu 10 snin oħra jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, li dan il-Gvern joffrilhom l-opportunitajiet. Bdiet tistaqsi, wara li ħarġet l-aħbar tal-ewwel surplus f’35 sena, f’liem setturi se jkunu qed jaħdmu l-ġenerazzjoni li jmiss.
Apparti li nittamaw biss li min qed jistudja bħalissa, l-istess żgħażagħ li semmiet ma jieħdux xi noti jew suġġerimenti fuq l-ekonomija mingħandha jew mingħand il-Kap tal-Oppożizzjoni qabel jagħmlu xi eżami, jien nagħmilhom appell wieħed lil dawn iż-żgħażagħ: Tieħdux l-eżempju tagħha!
L-ekonomija ta’ pajjiżna għandha bżonn nies li waqt il-ħin tax-xogħol ikunu fl-Uffiċċju jew fuq il-lant u mhux ma jersqux ‘l hemm bħal ma tagħmel Debono.
Is-super lady kif iddeskriva lil martu, Jean Pierre Debono, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-PN u issa kandidat wara li ċedewlu, mhux min jitħallas biex ma jagħmel xejn, iżda dawk in-nisa li minn sbieħ il-jum iqumu biex iħejju lil uliedhom għall-iskola, imorru jaħdmu huma u filgħaxija flok jgħollu saqajhom fuq is-sufan, jibdew il-faċendi tad-dar.
Lil dawk iż-żgħażagħ/adolexxenti li semmiet id-Deputat Nazzjonalista, nagħmilhom kuraġġ, għax huma u telgħin, meta jaslu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol se jsibu aktar opportunitajiet ta’ xogħol milli sibt jien u l-ġenerazzjoni tiegħi ta’ dik l-età.
Illum għandna sitwazzjoni fejn hawn aktar impjiegi milli hawn nies jirreġistraw. Setturi bħas-saħħa u l-edukazzjoni li qabel kienu meqjusa biss bħala setturi li jagħtu servizz, illum huma muturi tat-tkabbir ekonomiku u ħolqien tal-impjiegi. Dan huwa s-surplus.
Meta tisimgħu lil Debono tagħti xi parir fuq ix-xogħol tafu x’għandkom tagħmlu..
Fil-fratemp ma tagħmilx ħazin li tmur tgħin lill-Professur tal-Ekonomija l-ieħor, Simon bail-out Busuttil ifittex l-invoices tad-DB għax naħseb daħlu bejn xi bezzun jew taħt xi platt soppa!