Tieġ Indjan li sar Malta din ix-xitwa ħalla miljun ewro fl-ekonomija Maltija. Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għat-Turiżmu, Paul Bugeja, meta kien qed jieħu sehem fi programm fuq ONE Radio.
Bugeja qal li ġew grupp kbir ta’ Indjani li, f’tieġ bħal dan, ikunu damu ġimgħa sħiħa.
“Qaluli li ħallew iktar minn miljun ewro fl-ekononmija Maltija. Dawn ikunu partikolari. Ikunu jridu jagħmlu xi ħaġa speċjali. Jekk nibqgħu nindirizzaw in-niċeċ se jkollna suq tajjeb b’ħafna opportunitajiet,” qal Paul Bugeja
Fil-programm spjega kif it-tiġijiet f’Malta saru xi ħaġa li ħafna jridu. “Għamilna eżerċizzju żgħir fejn kull min jiġi Malta jiżżewweġ Malta jingħata l-opportunità jħawwel siġra fi Xrobb l-Għaġin, ħdimniha man-Nature Trust,” kompla jispjega, filwaqt li fiehem li l-awtorità qed tieħu diversi inizjattivi biex is-settur jibqa’ jikber kemm jista’ jkun.