Il-Kummissjoni Elettorali rċeviet nomina oħra għall-elezzjoni każwali fit-tielet distrett biex jimtela’ s-siġġu parlamentari ta’ Helena Dalli li rriżenjat minn membru parlamentari hekk kif issa hija Kummissarju Ewropew.
Il-Kummissjoni Elettorali għandha sa nhar it-Tnejn li ġej tilqa’ n-nominazzjonijiet.
L-aħħar nomina li daħlet kienet ta’ Mario Calleja.
L-għadd tal-voti għal din l-elezzjoni każwali se jsir nhar l-Erbgħa li ġej.