Daħlet fis-seħħ il-Liġi Kontra l-Isterilazzazzjoni Sforzata, li għandha l-għan li tkompli tħares id-drittijiet tan-nisa, b’mod partikolari dawk b’diżabilità.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontorjat, fejn intqal li Malta hi l-għaxar pajjiż fid-dinja li qed tipprojbixxi l-isterilizzazzjoni sforzata.
Intqal li d-deċiżjoni li ħadet Malta tkompli titfa’ dawl fuq il-bżonn ta’ leġiżlazzjoni progressiva fil-ġlieda globali għad-drittijiet tan-nisa b’diżabilità.
Fil-Jum Dinji tal-Mara, il-Ministru responsabbli Julia Farrugia Portelli sostniet li l-Gvern hu kommess li jkompli jħares u jipproteġi l-interessi tan-nisa fis-soċjetà.