“Iktar ma jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni iktar toħroġ fid-deher id-differenza fit-twemmin, bejn il-Prim Ministru u l-Partit Laburista li jmexxi, u l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista li jagħmel parti minnu.”
Stqarr dan il-Partit Laburista permezz ta’ stqarrija l-Ħadd kmieni waranofsinhar.
It-tisħiħ fl-inċentivi u l-għajnuniet lin-nies huma waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex irridu ta’ kuljum naħdmu biex inkabbru l-ekonomija b’mod sostenibbli. Fil-fatt dan hu Gvern, li l-għajnuna lin-nies isaħħaħa sena wara oħra, sostna l-Partit Laburista.
Fl-istqarrija tiegħu huwa għem elenku għall-miżuri li għamel fl-ewwel sena ta’ din il-leġiżlatura fosthom, iż-żidiet fil-pensjonijiet, iċ-children’s allowance u l-istipendji huma lkoll miżuri tal-manifest elettorali Malta Flimkien. B’hekk qal li l-Gvern dak li jwiegħed iwettqu.
Hawhekk il-Partit Laburista kkunstrasta dan ma’ dak li qed jseħħ fil-Partit Nazzjonalista fejn fakkar Ii Bernard Grech lanqas il-manifest tiegħu ma kien jaf x’fih, aħseb u ara l-manifest elettorali ta’ ħaddieħor. Iżda, il-Gvern għandu manifest b’elf proposta ċara u determinat li ta’ kuljum jaħdem biex ikun jista’ jasal għalihom.
Bħal fil-każ tal-kontijiet tal-enerġija, Bernard Grech ma jridx jgħin lin-nies. Għax hekk jemmen u hekk kitbulu dawk li poġġewh fil-kariga, temm jgħid il-Partit Laburista.