Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit Theresa May mhux se tmur għall-vot parlamentari fuq Brexit qabel ma’ jinfetħu n-negozjati biex ir-Renju Unit iħalli l-Unjoni Ewropea.
Deċiżjoni li xejn ma’ niżlet tajjeb mal-kamp li kien ħadem biex pajjiżom jibqa’ fl-Unjoni Ewropea.
L-argumenti mill-kamp tar-“Remain”, fosthom l-eks Prim Ministru Tony Blair huma li peress ir-referendum kien wieħed konsultattiv, id-deċiżjoni għandha tmur għall-approvazzjoni finali tal-House of Commons.
Minn naħa l-oħra, l-argumenti ta’ May wara din id-deċiżjoni huma li Brexit tfisser Brexit u hija se tkun qed tinvoka Artiklu 50 tat-Trattat abbażi ta’ dak li qalet il-maġġoranza.
Dan il-ħsieb ukoll ġej mill-fatt li jekk din id-deċiżjoni tmur għall-vot fiż-żewġ Parlamenti Ingliżi, din kapaċi ddewwem il-proċess għal tul ta’ snin meta tqis li l-maġġoranza tan-nies li jpoġġu fil-House of Lords huma favur li r-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea.