F’intervista li ma damitx iktar minn għaxar minuti d-deputat Nazzjonalista, Claudette Buttigieg, ċaħdet lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, tliet darbiet.
Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalista Vanessa Macdonald, Buttigieg sabitha diffiċli li ssib dwar xix taqbel ma’ Adrian Delia. Saħansitra l-ġurnalista spiċċat tirrimarka dan.
“Is there anything that Adrian Delia have done that you agree with personally.”
Fost id-deċiżjonijiet ta’ Delia li ma qablitx magħhom Buttigieg, hemm l-attendenza tal-Partit Nazzjonalista għall-ftuħ tal-Cafe Premier.
Buttigieg qalet “On a personal level, no. I would not have gone.”Buttigieg għamlitha ċara li taqbel ma’ Beppe Fenech Adami u Ryan Callus u mhux ma’ Delia. Tant li rrepetiet li ma kinetx tmur għal aktar minn darba. Sostniet “No i would not personally have attended.”
Fissret ukoll kif kien żball li l-Partit Nazzjonalista għamel mozzjoni mmirata għal dawk li jibbenefikaw mil-leave għax għamlu l-IVF barra minn Malta. Għaliha, Delia, żelaq fuq qoxra ta’ banana.
Buttigieg qalet “I think that issue once again we slipped on a banana skin. I think we can avoid that kind of mistake.”
Żiedet li dan hu żball għax inbidlet it-tmexxija. Qalet ukoll li kieku kienet hi kienet tbiddel ix-shadow cabinet.
“I personally would have changed the cabinet. The shadowing. It’s healthy to change.”
Quddiem dawn id-dikjarazzjonijiet kienet naturali l-mistoqsija biex tgħid ma xix taqbel. Claudette Buttigieg, sabitha diffiċli tagħti eżempju.
Macdonald qaltilha “You personally have said almost three times. Is there anything that Adrian Delia have done that you agree with personally.” Claudette rrispondietha “I personally agree on quiet a few things and disagree on quite a few others.”