Mara li sfat vittma ta’ inċident tat-traffiku f’New Zealand instabet minn l-ikbar ħabiba tagħha, li għażlet li tibqa’ ma’ ġisimha sakemm ittieħdet minn fuq il-post.
Madeleine Higginson ta’ 27 sena tilfet ħajjitha fuq il-post wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f;Auckland fl-1 ta’ Frar.
Hi kienet fi triqtha lura lejn id-dar meta ħabtet ma’ vettura oħra misjuqa minn mara li kellha tarbija fil-vettura.
Ftit wara l-inċident, l-ikbar ħabiba ta’ Higginson, Kayla McVeigh u s-sieħeb tagħha Lee Cargill, inzertaw kienu għaddejjin l-istess rotta u sabu din ix-xena ma’ wiċċhom.
Il-koppja kienu għadhom kif bdew jgħixu fl-istess residenza ta’ Higginson ġimgħatejn qabel ma seħħ l-inċident. Huma waqfu biex joffru l-għajnuna tagħhom kif indunaw x’ġara iżda meta Kayla ttawlet fit-tieqa tal-vettura ta’ Higginson, fejn għall-ewwel ma ndunatx li kienet ħabibtha, intebħet li ħabibtha mietet.
Wara li rat li ħabibta kienet tilfet ħajjitha, marret tara jekk iż-żewġ persuni fil-vettura l-oħra kellhomx bżonn għajnuna iżda fortunatament ma’ soffra l-ebda ġrieħi gravi.
Wara Kayla ddeċidiet li tibqa’ ma ħabibtha, poġġiet ħdejn il-karozza tagħha mal-art u baqgħet tistenna sakemm ittieħdet minn fuq il-post.
“Bqajt magħha. Kien hemm bosta membri tal-emerġenza iżda bqajt hemm ħdejha sabiex ma tkunx imdawwra minn nies li ma tafx,” sostniet Kayla.