Malta Public Transport tħabbar li qed jinbidlu it-tallinja cards li m’għandhomx l-isem tal-klijent u r-ritratt stampat fuqhom b’ tallinja cards ġodda li għandhom isem u ritratt.
Għalkemm il-maġġoranza tal-klijenti li għandhom tallinja card biddlu l-card tagħhom għal waħda ippersonalizzata li turi isimhom u r-ritratt, għad hemm numru żgħir ta’ klijenti li għandhom tallinja card mingħajr ritratt.
Biex niffaċilitaw il-proċess, dawk li għandhom tallinja card mingħajr ritratt qed jiġu avżati biex itellgħu ritratt b’mod elettroniku fuq dan is-sit: www.publictransport.com.mt/en/temporary-card. La darba r-ritratt jiġi aċċettat, il-klijenti jistgħu ibiddlu il-card tagħhom bla ritratt ma’ waħda ġdida ippersonalizzata fl-Istitut Kattoliku fil-Floriana bejn is-6 u l-24 ta’ Ġunju mis-07:00 sas-19:00 (ħlief fi tmiem il-ġimgħa imma inkluż fil-festa pubblika fis-7 ta’ Ġunju). Dan is-servizz qed jiġi offrut bla ħlas.
Il-ġbir tat-tallinja cards ippersonalizzati l-ġodda ser ikun biss possibbli skont l-iskeda t’hawn taħt:
-Kunjomijiet li jibdew minn A sa L – mis-6 sal-10 ta’ Ġunju
-Kunjomijiet li jibdew minn M sa T – mit-13 sas-17 ta’ Ġunju
-Kunjomijiet li jibdew minn U sa Z – mill-20 sal-24 ta’ Ġunju
Il-klijenti kollha għandhom iġibu magħhom il-karta tal-identità u t-tallinja card tagħhom (dik mingħajr ritratt). Il-klijenti li jkunu tellgħu ritratt elettroniku aċċettabbli sa’ 48 siegħa qabel ma jmorru l-Istitut Kattoliku se jkun jistgħu jinqdew fil-Fast Track Queue biex ibiddlu it-tallinja card tagħhom.
Dawk il-klijenti li m’għandhomx aċċess għall-internet biex itellgħu r-ritratt tagħhom se jkunu megħjuna mit-tim preżenti fl-Istitut Kattoliku, li se jiskenjaw il-karta tal-identità tagħhom jew ir- ritratt tal-passaport meta jiġu iex ibiddlu l-card. Dawn il-klijenti huma nfurmati illi m’hux se jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-Fast Track Queue biex jinqdew malajr.