Identity Malta, il-Malta Residence & Visa Agency (MRVA), u l-Individual Investor Programme (IIP) issa huma tliet aġenziji differenti.
Dan ġara wara li ġew emendati tliet avviżi legali li jirregolaw l-Att għall-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Dawn l-emendi, bħala parti minn riforma usa’, jistipulaw funzjonijiet distinti għal kull aġenzija. Fost il-bidliet li qed isiru qed ikun riformat il-mod kif it-tliet aġenziji joperaw.Kull entità issa se jkollha chairman u board tad-diretturi, u se tkun immexxiha minn kap eżekuttiv.
Il-mekkaniżmu jħares li jkun hemm koordinazzjoni fil-policy making imfassla minn Identity Malta. Għal dan il-għan, numru ta’ diretturi fost il-ħamsa ta’ kull aġenzija se jkunu komuni għat-tliet aġenziji.
Din is-sistema tara li jkun hemm viżibbiltà fuq dak li għaddej fl-istrutturi msemmija biex ikun hemm sinerġija fuq suġġetti b’rabta ma’ ċittadinanza, permessi ta’ xogħol u visas.
It-tmexxija tat-tliet aġenziji se tkun fdata kif ġej:
Identity Malta
Chairperson mhux Eżekuttiv – Dr Ian Castaldi Paris
Kap Eżekuttiv – Is-Sur Anton Sevasta
IIP
Chairperson mhux Eżekuttiv – Is-Sinjura Frances Mifsud
Kap Eżekuttiv – Is-Sur Jonathan Cardona
MRVA
Chairperson mhux Eżekuttiv – Is-Sinjura Nadette Azzopardi
Kap Eżekuttiv – Is-Sur Roderick Cutajar