Waqt id-diskors tiegħu f’esibizzjoni tal-pulizija fil-Parlament, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, ħabbar proġett li jinsab fl-ewwel fażi tiegħu, biex isiru tibdiliet fix-xifts ta’ diversi taqsimiet tal-pulizija.
340 membru tal-Korp diġa bbenefikaw minn din ir-reviżjoni fuq talba tagħhom stess. Dan il-proġett se jkun qed itejjeb il-ħinijiet tax-xogħol u jippermetti aktar flessibbilta’ u ħin liberu aktar adekwat għall-ħaddiema. Dawn jinkludu is-sistema tad-day, night, rest, off. Fiż-żmien li ġej, aktar taqsimiet se jibbenefikaw minn dan il-proġett.
Il-korp tal-pulizija, biex jimmarka l-anniversarju tiegħu, bħalissa għaddej b’ ġimgħa ta’ attivitajiet fil- Belt Valletta, Tas-Sliema, Birżebbuġia u Buġibba fost oħrajn. Dawn se jwasslu għal iktar għarfien għall-pubbliku dwar l-irwol soċjali mportanti tal-pulizija għaliex skont Abela, il-pulizija huma l-pubbliku u l pubbliku huma l pulizija.