Min-nhar it-Tnejn, sewwieq li jużaw ir-rotta temporanja minn Dock numru 7 se jaraw titjib f’partijiet mir-rotta, li ġiet modifikata.
Il-vetturi se jkunu jistgħu jaċċessaw ir-rotta minn ftuħ li jinsab ftit metri bogħod mill-ftuħ eżistenti, jiġifieri s-sewwieqa se joħorġu minn Triq Chester għal Triq Prinċep Albertu.
It-triq minn Dock 7 se tibqa’ miftuħa, fid-direzzjoni minn Raħal Ġdid għall-Marsa, fost il-ġimgħa bejn is-06:00 u d-09:30 ta’ filgħodu.
Din hija rotta temporanja. Transport Malta spjegat li se tiżviluppa triq indipendenti li tgħaddi minn dik li kienet ix-Ship Building. It-triq se taħdem bħala tidal lane oħra li tgħaqqad Telgħet Raħal Ġdid m’ Albert Town.