Il-Pulizija qed jinfrumaw lill-pubbliku li bejn is-14:00 u l-16:00 illum, mhux se jkun hemm aċċess għat-Trasport Pubbliku minn Triq Raymond Caruana u Triq il-Kbira fil-Gudja.
Dan intqal f’notifika mill-Pulizija dalgħodu. Ir-rotot tat-trasport pubbliku mistennija jiġu għan-normal wara l-16:00 f’dawn it-toroq.