Il-President ta’ Malta approvat tibdil fil-kompożizzjoni tal-membri tal-Awtorità tax-Xandir wara li skadew it-termini tal-ħatra tagħhom.
Il-President imxiet fuq il-parir tal-Prim Ministru Joseph Muscat wara konsultazzjoni li saret mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, dan skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Is-Sur Chris Scicluna m’għadux jagħmel parti mill-Bord tal-Awtorità tax-Xandir u postu ttieħed mis-Sur Charlo Bonnici.
Il-Bord tal-Awtorità tax-Xandir, wara t-tibdil, huwa kompost kif ġej:
Is-Sur Charlo Bonnici, is-Sur Frans Ghirxi, Dr Peter Fenech, u Dr Alessandro Lia.
Il-membri tal-Bord ġew maħtura għal perjodu ta’ sentejn b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018. L-Awtorità hija ppreseduta mis-Sur Martin Micallef, li t-terminu tiegħu ta’ Chairman jiskadi f’April tal-2019.