Żagħżugħ ta’ erbgħa u għoxrin sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li allegatament ta fastidju u hedded lil ommu u n-nanniet tiegħu għall-flus biex jixtri d-droga u talli kien riċediv, fost akkużi oħra.
Fil-Qorti nstema’ kif il-familja taż-żagħżugħ kontinwament irrappurtat dan l-allegat theddid u fastidju lill-Pulizija, tant li omm il-ġuvni kellha tibdel ir-rutina tagħha sabiex ma tiġix wiċċ imb wiċċ ma’ binha.
Il-Qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni għal ordni ta’ protezzjoni favur l-allegati vittmi.