Mil-bieraħ, il-kumpanija McDonald’s fir-Renju Unit introduċiet ‘Menu Saver’: filwaqt li għolliet il-prezz ta’ ċertu ikel popolari, introduċiet skontiijiet ġodda fuq ix-xiri ta’ ikel li normalment jinxtara ‘extra’.
Il-prezzijiet ta’ ħames tipi ta’ burgers minn fuq il-menu għolew hekk kif iż-żieda fl-ispejjeż tal-ikel u tal-enerġija qed tpoġġi pressjoni fuq in-negozji tal-ospitalità fir-Renju Unit. Għalhekk McDonald’s ħabbret skema ġdida ta’ ‘Saver Meals’ li se tippermetti lill-klijenti jieħdu ‘sides’ u xarba bi skontijiet speċjali meta jixtru Cheeseburgers, Double Cheeseburgers u Mayo Chicken burgers.
Preċedentement l-oġġetti fuq il-‘Menu Saver’ kellhom jinxtraw individwalment, jiġifieri ma kien hemm l-ebda skont jekk dawn jinxtraw flimkien.
Jekk din il-promozzjoni tkun popolari fir-Renju Unit, x’aktarx li mbagħad tiġi mxerrda f’aktar postijiet. Il-ditta, li għandha aktar minn 1,200 stabiliment fir-Renju Unit, qalet li bħal ħafna negozji oħra, kienet milquta miż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u l-enerġija, u għalhekk kienet immotivata biex timplimenta tibdil.
Ritratt: bark.com