Mil-lum l-ewwel ta’ Mejju, bdiet titwettaq il-bidla fir-riforma tal-gwardjani lokali.
Propju mill-bidu ta’ dan ix-xahar, il-gwardjani lokali ġew trasferiti kollha mill-privat għal dipartment mal-aġenzija governattiva LESA.
Dan bħala parti mir-riforma li biha l-uffiċjali fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jibdew jissejħu uffiċjali tal-komunità.
Riforma li se twassal għal aktar serjetà fl-infurzar lokali iżda wkoll għal sens ta’ sensibilità fl-infurzar.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Ġustizzja qal li bis-saħħa tax-xogħol siewi li qed tagħmel il-LESA, il-gwardjani lokali se jaqdu dmirijiethom b’lenti aktar mifruxa.
Qal li dan it-trasferiment se jwassal biex din l-aġenzija, se twassal preżenza ta’ gwardjani lokali viċin iktar tal-bżonnijiet tal-komunità.
L-istqarrija tal-Gvern temmet tgħid li l-LESA hi aġenzija regolatorja li twaqqfet matul l-aħħar tliet snin biex proprju tirregola l-operat tal-gwardjani lokali.